Council of Europe
  What's New ?  |  About the CPT  |  Members  |  States  |  Visits  |  Documents  |  Database

Kumitat Ewropew għall-Prevenzjoni kontra t-Tortura
u t-Trattament jew il-Pieni Inumani jew Degradanti (KPT)

[ Malti / Maltese / Maltais ]


Il-KPT fil-qosor


Prevenzjoni kontra t-trattament ħażin ta’ persuni li tkun itteħditilhom il-libertą tagħhom fl-Ewropa

Il-KPT jorganizza żjarat f’postijiet ta’ detenzjoni sabiex jevalwa kif ikunu qegħdin jiġu ttrattati persuni li tkun itteħditilhom il-libertą tagħhom.  Fost dawn il-postijiet insibu ħabsijiet, ċentri ta’ detenzjoni għall-minorenni, għases tal-pulizija, ċentri fejn jinżammu l-immigranti irregolari, sptarijiet psikjatriċi, djar fejn tingħata għajnuna soċjali, eċċ.

Id-delegazzjoniet tal-KPT ikollhom aċċess sħiħ għall-postijiet ta’ detenzjoni, u għandhom id-dritt li jduru ġewwa dawn il-postijiet mingħajr ebda restrizzjoni.  Dawn jistgħu jintervistaw fil-privat persuni li tkun itteħditilhom il-libertą tagħhom, u jitħallew jitkellmu bla xkiel ma’ kull min jista’ jgħaddilhom xi informazzjoni.

Wara kull żjara, il-KPT jibgħat rapport iddettaljat lill-Istat ikkonċernat.  Dan ir-rapport jiġbor fih is-sejbiet tal-KPT, u r-rakkomandazzjonijiet, il-kummenti u t-talbiet għall-informazzjoni li jsiru minnu.  Il-KPT jitlob ukoll tweġiba ddettaljata għall-kwistjonijiet imqajma fir-rapport tiegħu.  Dawn ir-rapporti u t-tweġibiet jiffurmaw parti minn djalogu kontinwu mal-Istati kkonċernati.

L-isem sħiħ tal-KPT huwa l-“Kumitat Ewropew għall-Prevenzjoni kontra t-Tortura u t-Trattament jew il-Pieni Inumani jew Degradanti”.  L-isem joħroġ fih żewġ fatturi importanti: l-ewwel nett, li bħala ambitu, il-KPT ikopri lill-Ewropa, u t-tieni nett, li mhux biss it-“tortura” taqa’ taħtu, iżda wkoll firxa sħiħa ta’ sitwazzjonijiet li jistgħu jitqiesu bħala “trattament jew pieni inumani jew degradanti”.

Sistema ta’ żjarat

Iż-żjarat isiru minn delegazzjonijiet, normalment magħmula minn bosta membri tal-KPT, akkumpanjati minn membri tal-istaff tas-Segretarjat tal-Kumitat u, jekk ikun hemm bżonn, minn esperti oħra u minn interpreti.

Id-delegazzjonijiet tal-KPT jagħmlu żjarat kull tant żmien (is-soltu jsiru darba kull erba’ snin), iżda jsiru żjarat oħra “ad hoc” meta jkun hemm il-ħtieġa.

Il-Kumitat għandu javża lill-Istat ikkonċernat bl-intenzjoni li ssir żjara mill-Kumitat. Wara l-avviż, id-delegazzjoni tal-KPT tista’ tmur fi kwalunkwe ħin u mingħajr avviż f’kull post fejn ikunu qegħdin jinżammu persuni li tkun itteħditilhom il-libertą tagħhom.

Kooperazzjoni u kunfidenzjalitą

Il-prinċipji tal-kooperazzjoni u tal-kunfidenzjalitą huma inkorporati fil-ftehim internazzjonali (il-“Konvenzjoni”) li jistabilixxi l-KPT.

Pubblikazzjonijiet

Kif inhu msawwar il-KPT

Il-Ħsieb wara l-KPT

Ratifikazzjonijiet


Jekk trid taqra aktar dwar dan


  ^

Contact us   |   Press   |   www.cpt.coe.int